il-bieb warajk u itlob lil Missierek li hu fil- moħbi...Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li aktar ma jgħidu, aktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu qabel ma titolbuh intom.” (Mt.6:6-8)
hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? Inkella jekk jitolbu bajda jagħtih skorpjun? Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar il-Missier mis-smewwiet jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuhulu?” (Lq. 11:9-13)
lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u m’għandix x’nagħtih.’ U l- ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l- bieb magħluq u wliedi jinsabu reqdin; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu.” (Mt. 11:5-8)
flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġburin f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.” (Mt. 18:19-20)